Xufier ta’ karozza tal-linja ġie sospiż sakemm isiru l-investigazzjonijiet interni minn Malta Public Transport, wara li karozza tal-linja kienet involuta f’inċident f’Birzebbugia.
Minkejja l-ħsara konsiderevoli li saret, ħadd ma weġġa fl-inċident.
Il-kumpanija skużat ruħha tal-inkonvenjenza lejn il-passiġġieri u lejn il-pubbliku.