Xufier, li twaqqaf mill-Pulizija fil-Komunità, għax kellu d-dawl tal-brejkijiet tal-karozza ma jaħdimx, spiċċa b’inkwiet akbar, wara li l-uffiċjali xammew riħa qawwija ta’ kannabis ħierġa mill-karozza.
Is-Sirjan ta’ sitta u għoxrin sena minn Buġibba tressaq il-Qorti, fejn ġie spjegat kif, mit-tfittxija fil-vettura, instabu żewġ pakketti kannabis fuq quddiem, basket ieħor bil-kannabis u borża bi tmien pilloli ecstasy.
Hu kkopera b’mod sħiħ mal-Pulizija, tant li anke qalilhom minn fejn ġab id-droga.
Il-Qorti laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet, fosthom depożitu ta’ ħames mitt ewro, garanzija personali ta’ tlett elef ewro u li jiffirma fl-għassa darbtejn fil-ġimgħa.
Il-Maġistrat wissietu li, jekk jikser xi waħda mill-kundizzjonijiet, jiffaċċja r-riperkussjonijiet.