Il-Qorti tal-Appell ikkonferma sentenza li ngħata qabel jiġifieri li raġel ta’ 55 sena nstab ħati li kkorrompa tifla.
Victor Spiteri li għal xi żmien kien anki President tal-Assoċjazzjoni tax-xufiera tal-karozzi tal-linja kien anki xufier tat-trasport tal-iskola.
Fil-Qorti kien instema’ li huwa beda jagħmel xi avvanzi lejn it-tifla biex imbagħad ftit wara spiċċa jipparteċipa f’atti sesswali magħha kemm f’karozza, fid-dar tiegħu anki fl-uffiċju li kellu.
It-tifla li kellha tnax -il sena meta beda il-każ kienet stqarret li hija pruvat iżomm ‘l bogħod minnu.
Huwa kien weħel piena ta’ erba’ snin ħabs kif ukoll il-liċenzja biex isuq karozzi li jwasslu t-tfal tal-iskola ġiet sospiża għal għaxar snin.