Żagħżugħ ta’ 21 sena minn Ħaż-Żabbar tilef ħajtu wara inċident tat-traffiku fiż-Żejtun.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja neqsin kwart fi Triq il-President Anton Buttigieg.
Fuq il-post marru l-Pulizija, li mill-ewwel stħarriġ irriżulta li tilef il-kontroll tal-karozza li kien qed isuq u baqa’ dieħel f’parapett ta’ dar.
Fuq il-post marru minnufih membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li assistew lir-raġel joħroġ mill-karozza.
Huwa ngħata wkoll l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar b’ambulanza. Jidher ukoll li ħaddiema minn Transport Malta taw skorta lil ambulanza minħabba l-kundizzjoni tal-vittma.
Huwa ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara fl-Isptar Mater Dei.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali, immexxija mill-Maġistrat Anthony Agius Bonnici.


