Hekk kif kien ħiereġ mill-Freeport, xufier ta’ trakk tilef il-kontroll fuq il-vettura tiegħu bil-konsegwenza li l-vettura daħlet f’ħajt. Minħabba dan l-inċident, it-triq ewlenija tal-Freeport tinsab magħluqa.
Fuq il-post bħalissa hemm it-tim mediku mmexxi minn Dr Michael Spiteri. L-individwu ġie meħud l-isptar wara li l-istess xufier tat-trakk ġarrab xi ġrieħi f’idejh. Fuq il-post hemm ukoll membri tad-dipartiment tas-CPD sabiex ixerrdu r-ramel fuq iż-żejt li nxtered mill-vettura kawża ta’ dan l-inċident.