Xufier tat-trasport tal-iskola nżamm arrestat wara li allegatament mess u kkorrompa tifel ta’ sitt snin.
Ir-raġel, li għandu 31 sena u joqgħod l-Imġarr, qed jiġi akkużat li madwar xahar ilu wettaq atti mingħajr kunsens ma’ tifel ta’ sitt snin. Ġie mixli wkoll li ħadem bħala xufier mingħajr ma kellu l-liċenzja tat-trasport pubbliku meħtieġa.
Il-Prosekutur, Danica Vella, flimkien mal-ispetturi Dorianne Tabone u Eman Hayman, talbu għal ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma u qalu li, jekk jinstab ħati, l-akkużat għandu jsofri r-riperkussjonijiet.
Huma talbu wkoll sabiex ir-raġel jiżamm taħt ordni ta’ trattament u biex tiġi sospiża l-liċenzja tas-sewqan tiegħu.
L-akkużat, li huwa Indjan, wieġeb li mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.
Il-Qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma.