Omm ta’ student li juża t-trasport tal-iskola faħħret ġest sabiħ li għamel ix-xufier mat-tifel tagħha.
Dan hekk kif l-istess xufier, li ta’ kuljum iwassal lill-istudenti bil-vann lejn l-iskola u lura, ta rigal ċkejken lit-tfal fuq il-vann. B’borża mdaqqsa b’numru ta’ ċikkulati differenti, żgur mhux forsi t-tfal ħadu gost u ferħu b’dan il-ġest mill-isbaħ.
Spjegat kif apparti li hu bniedem b’qalb tad-deheb, isuq b’mod responsabbli u saħansitra jħallihom jagħżlu l-mużika li jridu għal waqt il-vjaġġ. Minn hemm hi rringrazzjat lil dawk ix-xufiera kollha li jagħmlu ħafna mat-tfal.
Spjegat kif ħadd m’għandu jikkritika lix-xufier għall-għażla tar-rigal, hekk kif hi għallmet lit-tifel tagħha kif jiekol dieta bbilanċjata.