Raġel ta’ 34 sena, min-Nepal u li joqgħod San Pawl weġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll u nqaleb bil-mutur.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu fi Triq il-Port Ruman, f’San Pawl il-Baħar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie
ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.