Raġel ta’ 28 sena residenti l-Imġarr weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-sitta neqsin kwart fi Triq Għajn Tuffieħa, l-Imġarr.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn BMW 520 misjuqa minn raġel ta’ 23 sena residenti l-Mellieħa, u Toyota Hilux misjuq minn raġel ta’ 28 sena residenti l-Imġarr.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel ta’ 28 sena l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin