Fi stqarrija ntqal li l-Pulizija Maltin ngħaqdu ma’ dawk Ewropej, bl-inizjattiva ‘RoadPol’.
Permezz ta’ spezzjonijiet li saru, twaqqfu 64 vann tal-iskola, fejn tkellmu mat-tfal fuq l-importanza li jintlibes is-seatbelt, minkejja li huma passiġġieri.
Waqt dawn il-kontrolli, xufier ta’ vann instab li kien qiegħed isuq waqt li għandu l-liċenzja revokata u mingħajr polza tal-assigurazzjoni. Waqt li dan ma tħalliex ikompli jsuq bit-tfal tal-iskola, il-Pulizija għamlet kuntatt mal-ġenituri sabiex jiġbru lit-tfal tagħhom.
Ix-xufier u sid il-kumpanija tal-vann qed jiġu investigati u se jinħarġu akkużi fil-konfronti tagħhom. Safrattant, matul ir-RoadPol, twaqqfu 350 vettura u nħarġu 104 taħrika lil xufiera u passiġġieri li ma kinux lebsin ċintorin tas-sigurtà, fost oħrajn.