Raġel ta’ 31 sena minn Ħal Safi tilef ħajtu wara li matul il-lejl kien involut f’ħabta head on bejn żewġ taxis f’San Pawl il-Baħar .
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-00:15 tas-Sibt filgħodu fi Triq Burmarrad, San Pawl il-Baħar. Fl-istess inċident, raġel ta’ 59 sena miż-Żejtun li kien qed isuq it-taxi l-oħra jinsab ukoll fil-periklu tal-mewt. F’din it-taxi kien hemm 4 passiġġieri oħra kollha barranin iżda l-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa.
Kawża tal-impatt qawwi bejn iż-żewġ vetturi waħda mill-karozzi spiċċat taret għal diversi metri fuq bankina. Il-persuni kollha nħarġu mill-vetturi wara ħidma minn membri tal-Protezzjoni Ċivili u numru kbir ta’ timijiet mediċi mill-Isptar Mater Dei.
Għal xi ħin it-triq ingħalqet għat-traffiku sakemm saru l-investigazzjonijiet tal-Pulizija mmexxija mis-Supretendent Walter Spiteri u mill-Ispettur Pierre Guido Saliba. Dwar dan il-każ inħatret inkjesta maġisterjali.
Filmati: Neil Azzopardi Ferriggi