Dominic Cini irrakkonta ma’ ONE NEWS BREAKFAST kif bil-Visa tiegħu xi ħadd xtara “minn kollox” tant li fi ftit minuti rċieva 25 messaġġ fejn kien infurmat li l-VISA tiegħu kienet qed tintuża f’pajjiżi oħra.
“Minn xiri ta’ ħwejjeġ sa ċinema f’Pariġi,” qal Cini f’intervista li fiha tkellem dwar il-ħasda li ħa meta sar jaf b’dawn id-dettalji. L-ispettur, Yvonne Farrugia, li tkellmet fil-programm spjegat kif dawn huma każi komuni u mill-esperjenza ftit kienu l-każi fejn dawn ingħataw lura.