F’attività li tfakkar il-ġurnata tan-numru tal-emergenza 112, il-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali qed jorganizza attività ġewwa l-Belt Valletta.
In-nies li jżuru din l-attività għandhom ċans isiru jafu aktar dwar is-servizzi tal-Ambulanza, Pulizija, Protezzjoni Ċivili u Forzi tal-Armata permezz ta’ attivitajiet u logħob differenti.
L-għan ewlieni huwa sabiex ikun hemm aktar għarfien dwar każijiet ta’ emerġenza u x’għandu jsir f’dawn is-sitwazzjonijiet.
Preżenti wkoll hemm nies mid-dipartiment tad-donazzjoni tal-organi li qed jispjegaw x’jistgħu jagħmlu dawk in-nies interessati li jagħtu l-organi tagħhom bħala donazzjoni wara mewthom.
L-attività qed issir quddiem il-Parlament ta’ Malta u ha tibqa’ għaddejja sas-13.00.