Illum il-funeral ta’ Tara Licari. Żagħżugħa ta’ 17-il sena li telqet din id-dinja wara inċident fatali tat-traffiku fil-Kappara.
Tara kienet fil-karozza ma’ ħuha, li għal xi raġuni tilef il-kontroll u baqa’ dieħel f’ħajt. Fil-karozza kien hemm passiġġier ieħor li flimkien mas-sewwieq ittieħed l-isptar Mater Dei. Tara kienet tgħix id-Danimarka u ġiet għal btala f’pajjiżna.
Il-funeral ta’ Tara se jsir dalgħodu f’Birkirkara u dawk li se jattendu huma mitluba jagħtu donazzjoni lill-Lisa Marie Foundation u l-organizazzjoni Justice to Ensure Safer Streets.
Dan il-kliem kitbu wieħed minn ħutha fuq is-sit soċjali Facebook.