Jidher li l-kunċett ta’ Black Friday u Cyber Monday daħħlu sew fil-kalendarju lokali, għalkemm iż-żewġ drawwiet oriġinaw mill-Istati Uniti biex iħeġġu lill-konsumaturi jixtru bi skont minn siti elettroniċi.
It-terimunu huwa xogħol ċertu Ellen Davis u Scott Silverman, li ħarġu bit-tradizzjoni ta’ Cyber Monday fl-2005. Illum, dan il-hum jidher li huwa l-aktar jum bieżel għall-bejjiegħa fuq l-internet. Bosta ħwienet lokali qed joffru skontijiet fuq prodotti u servizzi partikolari, speċjalment fuq apparat elettroniku jew teknoloġiku.
Jidher li f’Malta hawn stennija kbira fost il-persuni li huma dilettanti tax-xiri minn siti elettroniċi.
Propju f’Black Friday, ONE News żar stabbiliment kummerċjali ewlieni f’Tas-Sliema, fejn b’sodisfazzjon kbir, is-sidien qalu li bosta klijenti regolari u ġodda ħatfu l-okkażjoni u għamlu x-xiri tagħhom f’dan il-jum.
Ara wkoll:
http://www.one.com.mt/2018/11/23/bieghejna-aktar-milli-stennejna-sidien-u-haddiema-fi-hwienet/