‘Lil Miquela’ hija waħda mill-aktar persuni segwiti fuq Instagram – ħafna qed jipprovaw jaqtgħu jekk hix persuna reali jew inkella le.
Miquela għandha dehra distinta ħafna, u ħafna likes! Bħal ħafna fuq Instagram, tidher li għandha ħajja perfetta: tattendi l-aqwa festini, tmur tara wirjiet tal-arti, tilbes ħwejjeġ tal-aħjar diżinjaturi. U bħal ħafna wkoll, id-distinzjoni bejn realtà u fantażija mhix ċara.
Iżda fi 13-il ġimgħa mindu ħolqot l-account tagħha, diġa’ kellha 65,000 follower. Min jemmen li nħolqot totalment bil-computer, u min jemmen li hija perusna vera iżda li ttejjeb id-dehra tagħha bil-computer.
Ma’ ġurnal Amerikan, l-espert u moħħ wara l-istudio tal-animazzjoni TIGERX, qal li jemmen li Lil Miquela hija taħlita bejn mudell 3D u persuna vera. Jemmen li ċertu fattizzi ta’ wiċċha huma reali wisq biex ikunu kollha virtwali.
Int x’taħseb?