- Ċurkett ta’ €4 miljun
- Kaxxa tal-ġojjelli b’madwar €5 jew €6 miljuni fiha, flimkien ma’ żewġ mobiles
Valur totali: €10 miljun
Kull ma jmur qiegħdin joħorġu aktar dettalji dwar x’ġaralha Kim Kardashian. Skont rapporti fuq mezzi tax-xandir internazzjonali, ħamest’irġiel rabtuha f’lukanda f’Pariġi, daħħluha f’kamra tal-banju, żammewlha pistola ma’ rasha u serqula l-oġġetti ta’ valur.
Qed jingħad ukoll li l-ħallelin aċċessaw il-kamra ta’ Kim fil-lukanda fejn kienet wara li rabtu lill-gwardjan u ġiegħluh jgħidilhom fejn tinsab Kim. Wara qiegħed jingħad li ħarbu permezz ta’ roti.
Kim Kardashian ħadet xejn inqas minn seba’ bagalji magħha, b’uħud mill-ġojjelli diġa’ kienu rawhom il-pubbliku. Ġiżrajjen enormi tad-djamanti, brazzuletti eleganti u msielet – Kardashian żvelat kollezzjoni pjuttost straordinarja biex attendiet il-ġimgħa dedikata għall-moda f’Pariġi din is-sena.
Huwa irrportat li Kim tinsab fi stat qawwi ta’ xokk.

