BREXIT – Għaddew madwar tmien xhur minn meta r-Renju Unit ivvota biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea. Iżda għadu mhux ċar x’se jiġri mill-miljuni ta’ persuni li twieldu f’pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea u li llum qed jgħixu fir-Renju Unit, dawn se jitħallew jibqgħu jgħixu hemm? Din hija kwistjoni li taffettwa ukoll direttament lil Maltin.
Fil-House of Lords, qed tiġi diskussa emenda fil-liġi ta’ BREXIT li titlob il-Gvern biex iċ-ċittadini li ġejjin mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jibqgħu jgawdu mill-istess drittijiet marbutin mal-moviment ħieles tal-persuni.
B’rabta ma’ dan, matul il-ġurnata tat-Tnejn, eluf ta’ persuni pparteċipaw f’kampanja bl-isem ta’ One Day Without us bl-għan li Theresa May tifhem l-importanza tal-kontribuzzjoni li migranti li jgħixu u jaħdmu fir-Renju Unit qed jagħtu lil pajjiż.