Il-“grilling” tan-nominat Malti Glenn Micallef se jsir illum bejn is-2:30pm u l-5:30pm fil-Parlament Ewropew fi Brussell.
F’sessjoni ta’ tliet sigħat, fil-bidu, Micallef se jagħmel diskors ta’ madwar kwarta dwar il-prijoritajiet tiegħu.
Imbagħad, se jsiru l-mistoqsijiet mill-Membri Parlamentari Ewropew li jinsabu fil-kumitat Parlamentari għall-Kultura u l-Edukazzjoni. Preżenti għall-“grilling” se jkun hemm tliet kumitat oħra li huma tal-impjiegi u soċjali, tal-affarijiet legali u dawk tal-libertajiet ċivili, il-ġustizzja u l-intern.
Fl-aħħar imbagħad, in-nominat Malti se jagħmel diskors tal-aħħar u wara se jindirizza lill-midja.
Siegħa wara li tintemm din is-seduta, se ssir laqgħa sigrieta bejn il-kordinaturi tal-gruppi politiċi, fejn imbagħad tintbagħat ittra bid-deċiżjoni tagħhom lill-Kumitat li qed imexxi dawn il-grillings.
F’dan il-kumitat irid ikun minn tal-inqas żewġ terzi tal-voti mill-gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew.
AQRA AKTAR: