Jiem ’il bogħod minn bidu ta’ sena ġdida, bosta jkunu qed jaħsbu fuq ir-riċetti li se jsajru għall-ikla tal-Ewwel tas-Sena.
Fil-kapitali Maltija, crew ta’ ONE News staqsa lin-nies x’għandhom f’moħħhom għall-ikel għall-ewwel jum ta’ sena ġdida.
Kienu bosta li qalulna li l-laħam ma jħobbuhx jew diġà sajruh fil-Milied u allura se jsajru xi tiġieġa jew ħuta friska.
U filwaqt li aħna l-Maltin, żaqqna nħobbuha sew, hemm dawk li ma jippjanawx min qabel u għadhom ma jafux x’se jieklu fl-Ewwel tas-Sena.