Turist li jagħżel lil Malta għall-btala tiegħi għandu jingħata servizz mill-aqwa.
Sitt lukandi bħalissa għaddejjin minn xogħol ta’ rinovar jew estensjoni, biex jilqgħu għad-domanda qawwija ta’ akkomodazzjoni mit-turisti. Sena wara sena, din id-domanda qed tkompli tiżdied. Dan it-tip ta’ xogħol ma jsirx f’iżolament iżda jkun ibbażat fuq studji fuq livell nazzjonali. Dan spjegah Paul Buġeja, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, li taħdem fuq l-istudji u tawtorizza dan it-tip ta’ żvilupp. Se jkunu qed jiżdiedu 1,239 sodda ġdida u 700 kmamar ġodda, b’investiment ta’ ħamsin miljun ewro, bħala parti mill-proġetti ta’ dawn is-sitt lukandi. Iżda tul ix-xhur tax-xitwa, mijiet ta’ postijiet ta’ akkomodazzjoni se jkunu qed jinvestu.