F’deċiżjoni li tat il-Qorti llum fuq libell li fetaħ Tonio Fenech kontra Evarist Bartolo u Chris Cardona, l-istess Qorti kkonfermat li Tonio Fenech kiser il-kodiċi tal-etika wara li rċieva rigal mingħand George Farrugia, il-bniedem f’nofs l-iskandlu taż-żejt.
Il-Partit Laburista staqsa “Fuq dan, Simon Busuttil x’ser jagħmel?”
Għal darb’oħra qed joħroġ ċar kif l-attentati tal-istess Fenech u l-Partit Nazzjonalista kienu biss imsejsa biex jippruvaw jostru milli toħroġ il-verità, li kien fl-interess tan-nies li jkun jafu x’inhi, dwar dak kollu li jdur mal-ikbar skandlu politiku mill-Indipendenza ’l hawn, qal il-Partit Laburista.