Simon Busuttil, wieħed miż-żewġ kapijiet tal-PN, qed jgħid li jaċċetta l-ftehim milħuq dwar il-paga minima.
Marlene Farrugia, il-Kap l-ieħor, le.
Busuttil prova jieħu l-mertu billi qal li Joseph Muscat, li gwida d-diskussjonijiet biex jintlaħaq ftehim bejn l-imsieħba soċjali, qed jiftaħar b’rix ħaddieħor. Esprima l-intenzjoni li jiffirma l-ftehim għada.
Imma qabel se jkollu jipperswadi lil Marlene. Permezz ta’ Facebook kitbet b’mod deċiż ħafna, wara l-konferenza tal-aħbarijiet li fiha tħabbru d-dettalji dwar il-minimum wage. Sfida ġdida għal Simon u ma tidhirx li se tkun faċli.