Il-kantanta popolari Maltija, Ira Losco, ħabbret fuq is-sit soċjali facebook li għal din is-sena għandha numru ta’ pjanijiet għall-karriera mużikali tagħha. Hija se tkun qed tibda l-2017 b’eżebizzjoni fil- Malta Eurovision Song Contest hekk kif hija kienet l-aħħar kantanta li rrappreżentat lil pajjiżna f’dan il-festival tant popolari.
Iżda mhux biss, se nkunu qed nisimgħu ħoss ġdid hekk kif Ira se tkun qed toħroġ kanzunetta ġdida mill-ħames album tagħha li ukoll se jkunu qed joħroġ din is-sena.
Iżda li ma nafux huwa, x’se tkun il-kollaborazzjoni tagħha mal-orkestra nazzjonali hekk kif bħala deskrizzjoni ta’ ritratt li poġġiet fuq facebook li fih tidher parti mill-orkestra spjegat li ttieħed waqt li kienu qed jaħmu il-proġett pjanat.