Min se jitlaqa’ f’Malta llum?
Illum issir laqgħa tal-Eurogroup, ċioe jiltaqgħu ministri responsabbli mill-finanzi tal-pajjiżi li għandhom il-munita Ewro.
X’inhu l-għan tal-Eurogroup?
L-għan huwa li jkun hemm kordinazzjoni tajba tal-policies ekonomiċi. Flimkien, Ministri Ewropej jiddiskutu l-aħjar mod kif isir tkabbir ekonomiku.
X’hemm fuq l-aġenda?
- Il-Greċja
Il-Eurogroup se jiddiskuti l-progress li għamlet il-Greċja wara taħdidiet li kellhom awtoritajiet Griegi ma’ istituzzjonijiet Ewropej, mill-aħħar Eurogroup sa’ issa. B’istituzzjonijiet Ewropej infissru l-Kummissjoni Ewropea, il-Bank Ċentrali Eworpew, il-Fond Monetarju Internazzjonali u l-mekkaniżmu Ewropew responsabbli mill-istabilità. It-taħdidiet dwar il-Greċja se jiffokaw fuq x’fadal xi jsir biex jintlaħaq ftehim u l-Greċja tingħata aktar għajnuna finanzjajra. Fost oħrajn se jkun diskuss is-suq tax-xogħol, is-settur tal-enerġija u l-finanzi pubbliċi.
- Ix-Xogħol
L-Eurogroup se jkompli jiddiskuti l-ħolqien tal-impjiegi u din id-darba se jiffoka fuq il-bżonn li jkun imkattar l-investiment. Se jipprovaw jilħqu qbil dwar prinċipji komuni li meta pajjiżi individwali joħorġu bi pjanijiet, inkunu jistgħu jikkunsidraw bħala linji gwida.
- Aspettattivi
Il-Bank Ċentrali Ewropew, permezz ta’ bord ta’ superviżjoni, se jippreżenta rapport tal-attivitajiet bankarji fl-2016 u l-prioritajiet għall-2017.
- Ċipru
Il-Ministri minn madwar l-Ewropa se jkunu qed jingħataw tagħrif dwar x’ġara mill-għajnuna li ngħatat lill-Ċipru. Dan biex ikun stabbilit hemmx riskji kbar li l-pajjiż ma jkunx jista’ jħallas lura d-djun li qed jagħmel taħt il-programm ta’ għajnuna. Sorveljanza ta’ dan it-tip tieqaf meta l-pajjiż ikun ħallas 75% tad-djun.
Segwi x’qed jiġri hawn, inkluż kumment tal-Minsitru Edward Scicluna.