Wara li lbieraħ filgħaxija, il-grupp DB, li se jinvesti fuq is-sit tal-ITS, ireaġixxa għad-diskors ta’ Simon Busuttil u żvela għall-ewwel darba li l-istess grupp li l-Kap tal-Oppożizzjoni qed isejjaħ korott kien qed iħallas s-salarji tas-Segretarju Ġenerali Rosette Thake u l-Kap Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, Brian St John, il-midja soċjali kellha numru ta’ reazzjonijiet.
Reazzjonijiet li jwieġbu għall-kriżi ta’ Simon Busuttil, liema kriżi ħarġet aktar evidenti fid-diskors li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni fil-maratona ġbir ta’ fondi hekk kif wara li dan kollu ġie żvelat mill-grupp DB, Simon Busuttil ma kellhu ebda tweġiba.
Iżda l-midja soċjali ħarġet b’numru ta’ risposti hi, fosthom li din il-maratona ma kinitx waħda ta’ ġbir ta’ fondi għall-Partit Nazzjonalista, iżda ta’ ġbir għall-pagi ta’ Thake u St John hekk kif il-Kap tal-Oppożizzjoni qal lill-grupp DB li jekk irid il-flus lura, jeħodhom lura u għalhekk ilbieraħ il-PN ġabar il-flus għall-paga ta’ Thake, ta’ St John filwaqt li għamel ġabra separata għad-dejn li għandu mas-Seabank.
Fid-dawl li lbieraħ il-Kap tal-Oppożizzjoni u l-Partit Nazzjonalista nkixfu li sal-ġurnata ta’ qabel il-maratona stess,
kien qed jitlob lill-grupp DB għall-flus, fl-istess nifs kien qed jgħajjat li l-investiment tal-ITS huwa każ ta’ koruzzjoni. Għalhekk, l-għajta tal-Partit Nazzjonalista nbidlet
għal ‘Ninkixfu lkoll flimkien.’
Ma tonqosx il-battuta tal-pastizzi, f’din il-meme li spikkat fuq il-midja soċjali li fih jidher il-Kap tal-Oppożizzjoni jgħid lis-sieħba tiegħu Kristina li m’għandux biex irodd lura l-flus lill-grupp DB hekk kif il-President tal-Kunsill Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, Ann Fenech, nefqithom fuq xirja pastizzi m’ għand is-Serkin.
Ftit sigħat qabel ma ġie żvelat li l-Partit Nazzjonalista talab il-flus lill-grupp DB, il-Kap tal-Oppożizzjoni beda jgħajjat li l-“Partit Nazzjonalista m’hu fil-but ta’ ħadd.” Għalhekk, wieħed jistaqsi Simon Busuttil huwa ‘nadif’?
Wara li ġie żvelat li l-pagi ta’ Rosette Thake u ta’ Brian St John qed jitħallsu mid-donazzjoni tal-grupp DB. In-nies għandhom mistoqsija għall-Partit Nazzjonalista – Il-pagi tal-oħrajn min qed iħallashom?
Iżda, għal dawn il-mistoqsijiet liema kap se jkun qed iwieġeb?