Xow tal-Muturi u Xow tal-Karozzi huma żewġ attivitajiet b’risq il-fondazzjoni Puttinu Cares Malta li ser ikunu organizzati mis-Soċjetà Filarmonika Lourdes Qrendi fil-ġimgħa tal-Festa tal-Madonna ta’ Lourdes Qrendi li ser tkun iċċelebrata nhar il-Ħadd 3 ta’ Lulju. Dawn iż-żewġ attivitajiet ser isiru nhar it-Tlieta 28 u l-Ħamis 30 ta’ Ġunju ġewwa Pjazza Santa Marija u f’Triq il-Paroċċa Qrendi mit-8pm ‘il quddiem.
It-Tlieta 28 ta’ Ġunju 2022 – Xow tal-Muturi
fit-8:00pm il-muturi jiltaqgħu fit-tarf ta’ Triq it-Tempesta il-Qrendi fejn ser ikun qed issir skorta tagħhom sal-Pjazza Santa Marija Qrendi (quddiem is-sede tas-Soċjetà Filarmonika Lourdes Qrendi) u f’Triq il-Paroċċa fejn ser ikunu qiegħdin ipparkjati biex ikunu għall-wiri. Matul is-serata ser ikun hemm atomsfera b’daqq ta mużika fl-isfond u ħa jkun hemm bejgħ ta’ ikel u xorb mill-membri tal-Kumitat Eżekuttiv u Sezzjoni Nisa. Din l-attivita ħa tkun b’risq il-fondazzjoni Puttinu Cares.
Il-Ħamis 30 ta’ Ġunju 2022 – Xow tal-Karozzi
Fit-8:00pm il-karozzi jiltaqgħu fit-tarf ta’ Triq it-Tempesta il-Qrendi fejn ser ikun qed issir skorta tagħhom sal-Pjazza Santa Marija Qrendi (quddiem is-sede tas-Soċjetà Filarmonika Lourdes Qrendi) u f’Triq il-Paroċċa fejn ser ikunu qiegħdin ipparkjati biex ikunu għall-wiri. F’Pjazza Santa Marija ser ikun hemm atomsfera b’daqq ta mużika fl-isfond u ħa ikun hemm bejgħ ta’ ikel u xorb mill-membri tal-Kumitat Eżekuttiv u Sezzjoni Nisa. Din l-attivita ħa tkun b`risq il-fondazzjoni Puttinu Cares.