Rebecca Hernandez u l-eks raġel tagħha Frankie żżewġu fl-2012, u ftit wara kienu addottaw kelb bl-isem ta’ Apollo.
Hernandez spjegat kif Apollo kien kelb vera mqareb, u li kull ħin u kull mument dejjem kien isib x’jagħmel. “Iżda,” kompliet tgħid, “joffri ħafna mħabba u jiġi spuljat ħafna minn kulħadd f’ħajtu.”
Iżda ftit wara li żżewġu, il-koppja ma bdewx jaqblu. Ħaġa ġġib oħra u spiċċaw infirdu u ilhom madwar sentejn. Iżda għalkemm ma baqgħux jgħixu flimkien, għadhom s’issa ma ħadux id-divorzju u dan kollu minħabba Apollo.
“M’għandniex relazzjoni faċli. Għadna nħobbu lil xulxin u meta Frankie jiġi jżur lil familtu, jiġi għandi jara lil Apollo u saħansitra jibgħatlu rigal ta’ kull sena għal għeluq sninu,” qalet dan Hernandez.
Din is-sena Hernandez iddeċidiet li taqsam din l-istorja fuq l-internet, billi poġġiet ritratt ta’ Apollo flimkien mal-kartolina li rċieva, u f’temp ta’ ftit ħin kulħadd beda jaqsam din l-istorja ma’ sħabu, fejn kulħadd beda jħeġġiġhom biex jerġgħi jingħaqdu flimkien.
Kien għal dan li hi rrispondiet “Bqajna ċċassati bl-ammont ta’ messaġġi li rċevejna. Issa nargħu x’effett se tħalli din l-esperjenza fuq ir-relazzjoni tagħhna. Ma tistax tgħid.”