Il-qorti tal-appell ikkonfermat sentenza fejn il-Prim Ministru ma kienx ħati f’kawża ta’ libell li l-eks Ministru Dolores Cristina kienet bdiet fil-konfront tiegħu.
Dan wara li kien tkellem fuq “nepotiżmu” b’rabta ma’ proċess li wassal biex ir-raġel ta’ bintha intgħażel għal post ta’ kirurgu f’Mater Dei. Il-Prim Ministru Muscat kien innota li l-impjieg kien wieħed irregolari.
Fil-fatt il-proċess kien wieħed li eventwalment spiċċa revokat u kellu jibda mill-ġdid. Dan seħħ għax Robert Cuschieri, il-qarib ta’ Cristina, ma kellux ir-rekwiżiti ta’ sentejn esperjenza kif kienet titlob is-sejħa.
Dakinhar Dolores Cristina kienet Ministru u baqgħet siekta wara li rriżulta dan kollu. Xi ħaġa li l-Prim Ministru, dak iż-żmien kap tal-oppożizzjoni ddeskriva bħala “xokkanti.”