B’investiment ta’ €80,000 ġie inawgurat ix-xogħol li ta’ mmodernizzar u tisbiħ f’Dar Santa Marija.
Dar li fiha tilqa’ persuni bil-vizzju tad-droga sabiex jirriabilitaw ruħhom.
Permezz ta’ dan it-tisbiħ Dar San Marija se tkun tista’ tilqa’ 18-il persuna fiha, hekk kif qabel sar dan l-immodernizzar kienet tilqa’ fiha sitt persuni.
Id-dar tiġi amministrata mis-Sedqa u huwa wieħed minn erba’ units li għandha s-Sedqa sabiex tgħin persuni b’vizzji tad-droga.