Wara snin twal ta’ stennija, il-Knisja parrokkjali ta’ Ħal Kirkop se tara xogħol ta’ restawr u tisbiħ fuq il-faċċata tagħha.
Dan ir-restawr ta’ mitt elf ewro huwa possibli grazzi għal fondi Ewropej, u l-kooperazzjoni ta’ diversi organizzazzjonijiet Koppini.
Il-Kappillan ta’ Ħal Kirkop, Dun Martin Cardona, huwa sodisfatt, għaliex dan il-proġett ilu mixtieq mill-komunità Koppina.
Qal kif, “Dan il-proġett ifisser ħafna għaliex meta tgħid il-Knisja, hija xi ħaġa li qiegħda fil-qalb tan nies. Meta tgħidilhom li din il-knisja se tiġi rrestawrata, in-nies tant jieħdu pjaċir biha għax jgħidu dik li hija parti mid-dar tagħna li lkoll inħobbuha, se jsir xi ħaġa tajba fiha, restawr fiha. ”
Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi, spjega kif din il-Knisja hija parti mill-wirt kulturali ta’ pajjiżna, u huwa d-dmir tagħna li binjiet bħal dawn jibqgħu preżervati għal dawk li jiġu warajna.
Spjega li, “Jiffurmaw pari minn kullana ta’ proġetti l igħadna kif ħabbarna li lkoll flimkien se jkunu qiegħdin jiswew madwar ħames mitt elf Ewro. Dawn il-proġetti kollha huma fuq binjiet ekleżjastiċi kif ukoll artifatti oħrajn fi knejjes u kollha jhuma maħsuba biex nagħtu r-restawr meħtieġ fuq dak li huwa l-artifatti u l-patrimonju kulturali.”