Xogħol ta’ manutenzjoni fi Triq Ħal Luqa Raħal Ġdid se jkun qed isir bejn illejla u l-Ġimgħa 17 ta’ Frar 2017. Ix-xogħol ser isir billejl bejn is-7.00 ta’ filgħaxija u l-5.00 ta’ filgħodu.
Waqt ix-xogħol, din il-parti tat-triq mhux ser tkun aċċessibbli għat-traffiku.
Inħeġġu lis-sewwieqa biex jgħaddu minn toroq alternattivi u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali fuq il-post.