Fil-jiem li ġejjien Transport Malta se tkun qed tagħmel xogħol ta’ manutenzjoni f’żewġ toroq.
L-ewwel waħda tkun Vjal il-Labour in-Naxxar li se jsiru xogħlijiet ta’ manutenzjoni bejn nhar it-Tnejn 2 u s-Sibt 7 ta’ Jannar 2017. It-triq ser tibqa’ aċċessibbli b’xi partijiet jingħalqu f’xi ħinijiet kif jitlob ix-xogħol.
It-Tnejn ix-xogħol ser isir fin-naħa tat-Techno Park bejn id-9.00 ta’ filgħodu u l-4.00 ta’ waranofsinhar .
Mit-Tnejn sal-Erbgħa, ix-xogħol ser isir in-naħa tal-bandli bejn it-8.00 ta’ filgħaxija u l-5.00 ta’ filgħodu.
L-Erbgħa u l-Ħamis, ser ikompli x-xogħol ħdejn it-Techo Park bejn it-8.00 ta’ filgħaxija u l-5.00 ta’ filgħodu.
Mill-Ħamis sas-Sibt ix-xogħol ikompli tul it-triq kollha bejn it-8.00 ta’ filgħaxija u l-5.00 ta’ filgħodu.
Intant TM se tagħmel xogħol ta’ manutenzjoni ukoll fi Triq l-Assedju l-Kbir fil-Belt Valletta bejn it-Tnejn 2 u l-Erbgħa 4 ta’ Jannar 2017.
Ix-xogħol ser isir bejn it-8.00 ta’ filgħaxija u l-5.00 ta’ filgħodu. Waqt il-ħin tax-xogħol it-triq ser tkun magħluqa u t-traffiku ser jgħaddi minn Triq il-Lanċa.