Ser isir xogħol ta’ manutenzjoni fi Triq Sant’Andrija Pembroke bejn illum u għada u bejn nhar it-Tnejn 16 l-Erbgħa 18 ta’ Mejju, bejn it-8.30 ta’ filgħaxija u s-6.00 ta’ filgħodu. Dan ix-xogħol hu parti mill-preparamenti għall-proġett tal-Kappara.
Sa nofsillejl, it-traffiku lejn San Pawl il-Baħar mhux ser ikun affettwat imma wara nofsillejl it-traffiku ser jgħaddi minn Triq Normandy għal Triq Falaise. Waqt il-ħin tax-xogħol, it-traffiku fi Triq Falaise ser jgħaddi f’direzzjoni waħda lejn Triq Sant’ Andrija, Pembroke.
It-traffiku minn San Pawl il-Baħar ser jgħaddi minn Triq Suffolk għat-traffic lights ta’ Pembroke. Waqt il-ħin tax-xogħol, it-traffiku fi Triq Suffolk, bejn Triq Sant’Andrija u Triq Falaise, ser jgħaddi f’direzzjoni waħda lejn Triq Alamein.
Transport Malta ħeġġet lis-sewwieqa jsuqu b’attenzjoni speċjalment fejn għaddejjin ix-xogħlijiet fit-toroq.