Ser ikompli x-xogħol ta’ manutenzjoni fi Triq D’Argens, illejla bejn it-8.00 ta’ filgħaxija u s-6.00 ta’ filgħodu. Ix-xogħol li hu relatat mall-preparamenti għall-proġett tal-Kappara, ser isir fin-naħa tal-junction ta’ din it-triq kantuniera ma’ Triq L-Imsida u Triq E. Mizzi.
It-traffiku mill-Imsida lejn il-Gżira u Tas-Sliema ser jgħaddi minn Triq Testaferrata. It-traffiku mill-junction tal-Kappara għal Triq Tas-Sliema fil-Gżira u lejn L-Imsida u l-Gżira ser jgħaddi minn Triq D’Argens għal Triq il-Gżira għal Triq ix-Xatt Ta’ Xbiex. It-traffiku mill-junction tal-Kappara lejn Tas-Sliema mhux ser jiġi affettwat u jibqa għaddej lejn Triq D’Argens.
Dan l-arranġament tat-traffiku japplika wkoll għat-trasport pubbliku.