Ħsarat f’main kkawżaw qtugħ fis-servizz tal-ilma u kif ukoll nuqqas fil-pressa tal-ilma f’diversi lokalitajiet fosthom partijiet fil-Pieta’, f’Ta Xbieb, Birkirkara u Santa Venera, bil-lokalità tal-Imsida tkun l-aktar waħda affetwata.
Il-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma kitbu fuq il-paġna tas-sit soċjali Facebook li bħalissa hemm xi xogħlijiet ta’ emerġenza għaddejjin li jafu affettwaw l-provvista tal-ilma, fejn sal-lejla l-problema mistennija tissolva.