Ix-xogħol kien is-suġġett ta’ konferenza tal-aħbarijiet indirizzata llum mill-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien mal-Ministru Evarist Bartolo u l-kandidat Alex Muscat.
Fil-Barrakka t’Isfel intqal li l-miri prinċipali ta’ amminsitrazzjoni Laburista huma li f’Pajjiżna jkollna rata ta’ impjiegi li taqbeż il-medja Ewropea u s-settur privat ikun il-mutur ewlieni li joħloq l-aktar impjiegi ġodda.
EQUAL PAY FOR EQUAL WORK
Il-valur ta’ Equal Pay For Equal Work ikun prattikat. Kull min jagħmel l-istess xogħol, fl-istess kumpanija, għandu jgawdi minn dan il-prinċipju.
Amministrazzjoni Laburista mpenjata li mhux biss tilleġisla f’dan is-sens imma saħħaħ l-istrutturi ta’ infurzar ukoll. Ħadd m’għandu jiġi sfruttat u jitħallas anqas minn min qiegħed jagħmel l- istess xogħol.
JITJIEB IS-SERVIZZ TAĊ-CHILD CARE
Ikunu kkonsidrati Child Care Centres, f’żoni speċifiċi, li joffru servizz estiż għal matul il-lejl.
Min jaħdem bil-lejl għandu wkoll ikollu l- opportunità li juża dawn is-servizzi tal-Gvern.
Ikun evalwat ukoll il-potenzjal li jinfirex is-servizz f’lokalitajiet oħrajn u f’żoni fejn hemm konċentrazzjoni ta’ attività kummerċjali.
Jiżdied il-benefiċċju tad-deduzzjoni mill-income tax fuq ħlasijiet ta’ childcare sa massimu ta’ €4,000 għal dawk il-ġenituri li jibgħatu lil uliedhom f’child care privat.
Jiżdied il-benefiċċju tad-deduzzjoni mit-taxxa għall- employers li joffru faċilitajiet ta’ child care minn €20,000 għal €50,000 u li jkunu applikabbli wkoll għal spjejjeż amministrattivi u/jew pagi ta’ child carers.
Tkun imtejba u rfinata s-sistema taċ-childcare b’mod li din ma tippenalizzax lil dawk il-ġenituri, li f’każijiet ġenwini ta’ mard, ikollhom ifallu lit-tfal tagħhom.
Ikun estiż is-servizz taċ-childcare għal każijiet ta’ mard terminali fil-familja.
TELEWORKING U FLEXIBLE HOURS
Employers li jħaddmu sistemi ta’ teleworking jingħataw il-possibilita’ ta’ deduzzjoni mit-taxxa sa massimu ta’ €30,000 għal spejjeż kapitali relatati mad-dħul ta’ sistemi u t-tmexxija ta’ dan is-serivizz.
L-istess inċentiv fiskali jingħata għal spejjeż relatati mal-provizjoni ta’ servizz ta’ flexibile hours. Ikun imħeġġeġ u inċentivat aktar l-użu ta’ teleworking u flexible hours.
FAMILY LEAVE
Ikun irriformat il-kunċett ta’ maternity leave u paternity leave għal kunċett ta’ family leave bi ħlas
Kemm l-omm u kemm il-missier ikunu jistgħu jutilizzaw u jqassmu dan il-leave kif jidrilhom huma skond il-bżonnijiet tal-familja tagħhom.
SICK LEAVE
Ikomplu t-tħejjijiet u l-konsultazzjonijiet neċessarji sabiex jidħol dritt ġdid lil ġenituri li jistgħu jutilizzaw mis-sick leave li jkunu intitolati għalih kemm il-darba l-ulied ikunu ma jifilħux
Din il-miżura tiddaħħal fl-2018.
Il-Prim Minsitru Joseph Muscat qal li s-suċċess ta’ dan il-Gvern huwa bla preċedent għax qatt daqs f’dan il-perjodu qasir ma nħoloq xogħol u titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema. Dan kuntrarju għal kif kien pajjiżna taħt amministrazzjoni preċedenti, meta kien hawn kriżi ta’ xogħol. Kuntrarju għal dak li kienu jgħidu, ‘labour is working’, u issa jeħtieġ il-pass li jmiss.
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2017/05/PRES-DAY-15-vFinal.pdf” title=”PRES DAY 15-vFinal”]