Sa Marzu li ġej, fiċ-ċentru miftuħ tal-Marsa, se jkun twaqqaf uffiċċju maħsub li jirregola l-mod kif immigranti jingħataw ix-xogħol.
Biex wieħed iħaddem immigrant li jgħix fiċ-ċentru miftuħ issa jrid jirreġistra f’dan l-uffiċċju. B’hekk ix-xogħol ta’ dawn l-immigranti jsir skont il-liġi anke jekk ħafna drabi jkun wieħed temporanju.
Kien iċ-ċerpersin ta’ Jobs Plus, Clyde Caruana, li żvela dan f’intervent telefoniku fil-programm Arena.
Iċ-ċentru se jkun qed jitmexxa minn Jobs+ u se jkollu rendikont tax-xogħlijiet ikunu qegħdin jagħmlu l-immigranti.
Fil-programm Arena, il-Ministru tal-Intern u Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela, tkellem dwar l-importanza ta’ din l-inizjattiva li se tindirzza abbuż li ilu jsir għal snin twal.