Fil-Port tal-Imġarr Għawdex għaddej ġmielu x-xogħol fuq l-moll għas-servizz ta’ fast ferry bejn Malta u Għawdex.
Dawn ix-xogħlijiet qed isiru hekk kif għaddejjin ix-xogħlijiet ukoll fix-xatt ta’ Marsamxett, fin-naħa Ta’ Liesse.
Dan sabiex mill-ewwel jum ta’ Ġunju jibda s-servizz ta’ fast ferry mill-Belt Valletta għal port tal-Imġarr, bil-vjaġġ mistenni jdum madwar tliet kwarti.
Intant, fl-aħħar jiem waslu ż-żewġ katamarani ta’ waħda mill-kumpaniji li se toffri s-servizz bejn iż-żewġ gżejjer.
Il-kumpanija l-oħra, Virtu Ferries Gozo ħabbret ukoll li n-nollijiet tagħha se jvarjaw bejn żewġ ewro u sebgħin ċenteżmu u tnax-il ewro.