Fis-sena li ġejja ser ikun qed jinbeda x-xogħol fuq il-bini ta’ ċimiterju ġdid tal-annimali f’pajjiżna.
Dan huwa wkoll inkluż fil-budget għas-sena d-dieħla imħabbar fil-Parlament mill-Ministru għall-Finanzi illejla. Tħabbar ukoll titjib tal-istandards tal-ħarsien u trattament xieraq tal-annimali kif ukoll titjib fil-faċilitajiet ta’ kwarantina għall-animali żgħar.