Ilbieraħ tħabbar il s-servizz Meals on Wheels se jkun riformat. F’kummenti ma’ dan is-sit, kelliem għas-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabiltà u l-Anzjanità Attiva spjega li dan huwa biss parti mill-proġetti li dan il-Gvern qiegħed iwettaq għall-ġid tal-komunità u l-anzjani b’mod partikolari.
Il-Gvern qiegħed dejjem jaħdem biex isaħħaħ is-servizzi fil-komunità, sabiex l-anzjani jkunu jistgħu jibqgħu jgħixu f’darhom u qrib il-familjari tagħhom. Din is-sena, il-Gvern iddedika miljun ewro fuq il-proġett pilota tal-Carer at Home. B’din l-iskema, l-anzjani eleġibbli jistgħu jqabbdu care worker tal-għażla tagħhom, full time jew part time u jieħdu għajnuna finanzjarja proporzjonata, sa massimu ta’ €4,500 fis-sena.
Hemm ukoll id-djar il-komunità. Dar fis-Siġġiewi qiegħda topera kif pjanat. F’Ħaż-Żabbar bdew ix-xogħoijiet strutturali
Siġġiewi: id-dar qed topera kif pjanat
Żabbar: Bdew ix-xogħolijiet strutturali fid-dar
Pembroke: Qedghin fil-fazi tal-ipproċessar tal-evalwazzjoni tal-offerti tal-appalt tax-xogħolijiet fuq id-dar ta’ Pembroke
Dar il-Fjuri: Id-dar hi lesta biex tintuza. L-proċess tar-reklutaġġ għandu jibda fil-ġimghat li gejjin.
Żurrieq: Sar ftehim mad-Dar tal-Providenza. Id-dar hi lesta u d-Dar tal-Providenza qieghda tingagga n-nies biex jahdmu f’din id-dar.
Marsa, Ħal Kirkop, Qrendi: Ġew sottomessi l-applikazzjonijiet il-MEPA
Dan minbarra li għaddejjin diskussjonijiet ma’ erba’ organiazazzjonijiet non governattivi oħra.
Hemm ukoll il-call centre li waqqfet il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità, sabiex ittejjeb is-servizzi tagħha lill-persuni b’diżabilità u l-familji tagħhom. Dan fid-dawl li żdiedet ħafna t-talba għall-informazzjoni fuq id-drittijiet ta’ persuni b’dizabilità.
Proġett ieħor huwa ta’ Agenzija Sapport, li permezz tal-iskema Sharing Lives, ser tibda tgħati sostenn lill-familji u lil Persuni Dizabilita’ fi zmien qasir hekk kif gie imħejji l-qafas amministrattiv.
Twaqqaf l-Empowerment Programme, li permezz tiegħu ssaħħet l-għajnuna lill-persuni b’diżabilità li jixtiequ jgħixu ħajja Indipendenti kif ukoll jingħata servizz aħjar ta’ respite.
Kompliet il-ħidma fuq proġett imħabbar is-sena l-oħra li ser isir fin-Naxxar. Dan il-proġett jismu REACH. Bħalissa qiegħed jitlesta x-xogħol preparatorju kollu u ġiet sottomessa applikazzjoni għall-fondi Ewropej ukoll. Dan hu proġett li fih jinkorpora ħafna servizzi differenti addattati għal kullħadd inkluż persuni b’dizabiltà. B’permezz ta’ dan il-progett ser ikomplu jigu indirizzati l-listi tas-stennija tal-Agenzija Sapport b’servizzi professjonali u f’infrastruttura moderna u ddisinjata fuq kuncetti tal-Universal Design.
Għaddejjin id-diskussjonijiet ma’ Projects Malta biex issir talba għall-proposti biex tinbena dar tal-anzjani ġewwa Birkirkara, u din tiġi ppublikata din is-sena.