Infrastructure Malta qalet li qed isiru xogħlijiet ta’ tiswija u manutenzjoni fi Triq Mikiel Anton Vassallo u l-pont tas-Swieqi.
L-aġenzija governattiva spjegat li x-xogħlijiet bdew fit-2 t’April u se jissoktaw sal-5 ta’ April, b’asfalt ġdid f’parti mill-karreġġjata fid-direzzjoni tas-Swieqi.
Fuq il-midja soċjali, Infrastructure Malta avżat lis-sewwieqa biex bejn is-7:00 ta’ filgħaxija u l-5:00 ta’ filgħodu jużaw rotot alternattivi.
L-aġenzija rringrazzjat lil kulħadd għall-koperazzjoni tiegħu.