Il-Kunsill Lokali Mellieha jixtieq javża li Infrastructure Malta se tkun qed twettaq xogħol infrastrutturali fi Triq il-Marfa, minn Triq Adenau (Maritim Hotel) sar-roundabout ta’ Dawret il-Mellieħa (Seabank Hotel).
Minħabba dawn ix-xogħlijiet, Triq il-Marfa se tkun magħluqa għat-traffiku mill-1 ta’ April ‘il quddiem u għaldaqstant il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa se jkun qiegħed jipprovdi servizz ta’ minibus shuttle minn Triq Adenau (Maritim Hotel) sar-roundabout ta’ Selmun (Valyou Supermarket) u lura mill-05.00hrs sa 22.00hrs.
Ir-residenti fiż-żona tal-Għadira għandhom jagħmlu użu mill-bus stops li hemm qrib is-Seabank Hotel. Huwa mportanti li min ikun sejjer fid-direzzjoni tal-Għadira, Ta’ Gerbulin, u ċ-Ċirkewwa jagħmel użu minn Triq Lewis Wettinger u Dawret il-Mellieħa.
Is-servizz tal-karozzi tal-linja ser ikun qed jgħaddi minn dawn it-toroq ukoll, iżda hekk kif jasal mar-roundabout Ta’ Pennellu, ser jidħol fi Triq Qasam Barrani, sar-roundabout tad-Dar tal-Anzjani u lura. Aktar ‘il quddiem jingħataw dettalji dwar arranġamenti tat-traffiku oħra skont kif jitolbu x-xogħlijiet. Filwaqt li nitolbu l-koperazzjoni tagħkom, niskużaw ruħna tal-inkonvenjent.