Ix-xogħlijiet ta’ restawr fuq il-moll ħdejn il-Breakwater tal-Marfa fir-Ramla tal-Bir fil-Fliegu ta’ Kemmuna (in-naħa ta’ Malta) minn Infrastructure Malta mexjin sew.
Kien għalekk li d-Direttorat għall-Portijiet u l-Yachting fi ħdan Transport Malta ppubblika żewġ Avviżi Lokali lill-Baħħara bin-numri 028 u 042 tal-2021.
Ix-xogħlijiet mistennija jkunu lesti sal-aħħar ta’ Ġunju 2021 u sa dakinhar, l-ebda bastiment ma jista’ jidħol f’din iż-żona.
Fi stqarrija, Transport Malta spjegat kif l-pjan oriġinali inkluda r-restawr tal-moll iż-żgħir li jinsab tul il-breakwater eżistenti.
Dan il-moll kien qed jilqa’ lill-operaturi tal-bastimenti waqt li kien għaddej ix-xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-Breakwater tal Marfa. Ix-xogħlijiet ta’ restawr issa ser ikomplu kemm fuq il-Breakwater tal-Marfa kif ukoll fuq l-irmiġġ ta’ ħdejh.