Il-ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi qed iwettqu numru ta’ xogħlijiet f’għadd ta’ postijiet madwar il-pajjiż, inkluż fl-infrasruttura sportiva.
F’Ħal Għaxaq għaddejjin numru ta’ xogħlijiet fil-ground tal-football ta’ Għaxaq Football Nursery. Kif ħabbar is-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi Omar Farrugia, f’dan il-ground se tkun qed tiżdied is-sigurtà u l-kumdità tal-istands għall-ġenituri u dawk l-ispettaturi kollha li jiffrekwentaw dan il-post waqt it-taħriġ jew waqt il-logħob tad-diversi kampjonati organizzati mill-MFA.
Min-naħa l-oħra fl-Imtarfa beda x-xogħol ta’ manutezzjoni fil-ground tal-football ta’ Rabat Ajax FC. Dan il-pitch barra li jintuża għat-taħriġ tat-tfal u żgħażagħ tal-istess klabb, jintuża wkoll b’mod regolari għal diversi kampjonati tal-MFA. Għaldaqstant dan ix-xogħol kien meħtieġ ferm biex tiġi mħarsa s-sigurtà ta’ dawk kollha li jużaw dawn il-faċilitajiet.