Matul il-lejl, l-aġenżija Infrastructure Malta se tkun qed tiksi mill-ġdid parti minn Triq ix-Xatt f’Tal-Pietà.
F’post fuq Facebook, l-aġenzija spjegat li minħabba dawn ix-xogħlijiet, nhar l-Erbgħa 17 u l-Ħamis 18, u t-Tnejn 22 u t-Tlieta 23, mit-tmienja ta’ filgħaxija sal-ħamsa tal-għada filgħodu, il-karreġġjata tan-nofsinhar fid-direzzjoni lejn il-Furjana, l-Marsa u l-Belt Valletta se tkun magħluqa.
Infrastructure Malta talbet lin-nies biex jippjanaw ir-rotta minn qabel u jużaw rottot alternattivi minn Triq il-Wied tal-Imsida, l-Imsida.