Il-ministru Ian Borg ħabbar li mistenni jibda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid tat-toroq tal-masġar tal-Buskett. Permezz tal-profil tiegħu fuq Facebook, Il-Ministru qal li fil-passat kienet il-prassi sabiex fil-jiem ta’ qabel l-Imnarja jintbagħtu numru ta’ ħaddiema sabiex jimlew il-ħofor tat-triq bil-qatran u b’xi romblu żgħir. Traqqiegħ li kien iservi biss għal ftit jiem u wara kien iħalli impatt negattiv fuq l-ekoloġija tal-masġar hekk kif bis-sħana l-qatran kien jinxtered lill-hinn mill-ħofor.
borg tenna li dawn it-tip ta’ xogħlijet m’humiex aktar aċċettabbli u reġa tenna l-impenn tal-Gvern li Malta jkollha l-infrastruttura li jixirqilha.