Ix-xogħlijiet fi Vjal L-Indipendenza ser ikomplu mil-lejla sa nhar il-Ħamis 5 t’April 2018 bejn it-8.00 ta’ filgħaxija u l-5.00 ta’ filgħodu.Waqt li għaddej ix-xogħol, din it-triq mhix aċċessibbli għat-traffiku. Għalhekk it-traffiku min naħa ta’ Ħal Lija qed jgħaddi minn Triq Pantar u Triq id-Durumblat filwaqt li min ġej min naħa tal-Imġarr qed jgħaddi lejn il-Pjazza tal-Mosta.
Intant triq l-Imġarr ser tkun magħluqa għat-traffiku mil-lum sal-Ġimgħa 6 t’April.
Il-ħaddiema ser iqaxxru l-wiċċ eżistenti tat-triq, jagħtu l-konkos u mbagħad jagħtu l-asfalt. Minħabba li x-xogħol hu wieħed estensiv, it-triq mhux ser tkunu aċċessibbli għat-traffiku u għat-trasport pubbliku lejl u nhar. Ix-xogħlijiet mistennija jkunu lesti qabel terġa’ tiftaħ l-iskola wara l-btajjel tal-Għid.
Transport Malta qed tħeġġeġ lis-sewwieqa biex isegwu s-sinjali tat-traffiku temporanji u jsegwu l-istruzzjonijiet mill-uffiċjali fuq il-post. L-Awtorita’ tħeġġeg għal sewqan b’attenzjoni għas-sigurta’ tagħhom u tal-ħaddiema.