Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tavża li parti mir-roundabout ta’ Triq Valletta, Lija (ħdejn Kind’s) se tkun magħluqa llum. Dan minħabba xogħlijiet fuq proġett, parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea, biex tissaħħaħ l-infrastruttura tal-ilma.
Traffiku li ġej mill-Mosta jew min-Naxxar biex jgħaddi minn Triq Pantar jrid jinżel u jdur mar-roundabout ta’ Ħal Lija kif jidher fil-mappa. Dan l-arranġament mistenni jdum madwar ġimgħa.
Is-sewwieqa huma mitluba jsuqu bil-galbu u jsegwu s-sinjali u l-istruzzjonijiet mogħtija.