Il-kuntrattur ser jagħmel xogħlijiet fi Triq San Nikola Bormla, nhar is-Sibt 10 ta’ Frar 2018 bejn is-7:00 ta’ filgħodu u l-16:00 ta’ waranofsinhar.
Triq San Nikola ser tkun kompletament magħluqa għat-traffiku minn fejn id-dħul għal Triq il-Polverista, sal-ħruġ tar-roundabout. Il-karozzi li ġejjin minn Triq San Ġwann t’Għuxa ser jgħaddu minn Triq il-Polverista filwaqt li dawk li ġejjin minn Triq Bormla ser jgħaddu minn Triq l-Immakulata.
Transport Malta qed tħeġġeġ lis-sewwieqa biex jevitaw iż-żona, isegwu l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali fuq il-post u jsuqu b’attenzjoni.